Friday, November 15, 2024

Tennis: Carlos Alcaraz jirbaħ il-US Open

Aqra wkoll

L-Ispanjol Carlos Alcaraz rebaħ il-US Open meta fil-finali għeleb lin-Norveġiż Casper Ruud 6-4 2-6 7-6 (7-1) 6-3 biex rebaħ l-ewwel finali maġġuri tiegħu.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena huwa l-iżgħar champion tal-Grand Slam tal-irġiel minn meta Rafael Nadal rebaħ l-Open ta’ Franza fl-2005.

Ruud, ta’ 23 sena, kien isir in-numru wieħed ġdid fid-dinja kieku rebaħ, iżda issa tilef iż-żewġ finali maġġuri tiegħu.

Minflok huwa Alcaraz li jieħu post ir-Russu Daniil Medvedev fil-quċċata, u sar l-ewwel żagħżugħ li tela’ fil-quċċata fl-istorja ta’ 49 sena tar-rankings ATP.

“Din hija xi ħaġa li ħlomt biha minn meta kont żgħir, li kont numru wieħed fid-dinja u champion ta’ Grand Slam,” qal Alcaraz, li salva match point kontra Jannik Sinner fl-aħħar tmienja biex tela’ fl-ewwel post tal-klassifika tas-seedings.

“Hija xi ħaġa li ħdimt ħafna għaliha. Hija tassew, tassew speċjali.”

Ekonomija

Sport