It-tennista Spanjol Carlos Alcaraz, f’kummenti li ta lill-istazzjon nazzjonali tal-pajjiż qal li jippreferi jirtira mill-Paris Masters iktar milli jkompli jagħmel ħsara fl-istonku hekk kif ħass uġigħ kbir waqt logħba mill-kwarti tal-finali kontra d-Daniż Holger Rune.
It-tennista ta’ 19-il sena kellu jieqaf wara li kien qed jitlef 6-3, 3-1 hekk kif ħass uġigħ kbir fl-istonku.
Alcaraz qal li ma setax jagħmel il-movimenti tas-soltu u qal li ħa l-aqwa deċiżjoni f’dan ir-rigward.