Sunday, November 24, 2024

Tennis: Carlos Alcaraz kontra Djokovic fil-finali

Aqra wkoll

It-tieni seed, l-Ispanjol, Carlos Alcaraz, għe­leb faċilment lil Felix Auger-Aliassime tal-Kanada f’sets dritti biex ikkwalifika għall-finali Olimpika tas-singles tal-irġiel.

L-erba’ darbiet champion tal-Grand Slam, Alcaraz, rebaħ 6-1 6-1 kontra t-13-il seed Auger-Aliassime f’Roland Garros u issa se jikkontesta t-tielet finali maġġuri tiegħu fi spazju ta’ xahrejn.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena rebaħ il-French Open fl-is­tess post f’Pariġi f’Ġunju, qabel rebaħ f’Wimbledon ix-xahar li għadda.

Alcaraz se jiffaċċja lis-Serb Novak Djokovic wara li dan tal-aħħar għeleb lit-Taljan Lorenzo Mu­setti.

L-aqwa seed Djokovic – rebbieħ tal-Grand Slam għal 24 darba – qed ifittex l-ewwel midalja tad-deheb Olimpika u l-uniku titlu ewlieni nieqes mill-kollezzjoni illustri tiegħu.

Jekk il-player ta’ 37 sena jegħleb lis-seed numru 11, Musetti, se jwaqqaf ripetizzjoni tal-finali ta’ Wimbledon tax-xahar li għadda kontra Alcaraz, li l-Ispanjol rebaħ f’sets dritti.

Sport