It-tennista Daniil Medvedev rebaħ it-tieni titlu ATP hekk kif kiseb suċċess fl-Erste Bank Open li sar fi Vienna.
Min-naħa tiegħu Medvedev kellu jiġi minn wara kontra Denis Shapovalov hekk kif rebaħ 4-6, 6-3, 6-2 f’sagħtejn u 16-il minuta.
Medvedev kien ferm preċiż fit-tieni u t-tielet set sabiex aċċerta ruħu mill-unur finali.
F’kumment li ta lill-mezzi tax-xandir Brittaniċi, Medvedev qal li kien kuntent li wasal għal dan is-suċċess speċjalment meta l-finali kienet hekk missielta.
Medvedev li hu rrenkjat fir-raba’ post fid-dinja, rebaħ il-15-il titlu tiegħu.