It-tennista Daniil Medvedev irritorna bir-rebħ wara l-aħħar diżappunti meta fl-Open ta’ Miami għeleb lil Robert Carballes Baena 6-1, 6-2 f’dik li tista’ titqies bħala wirja dominanti.
Medvedev kien ġej minn telfa fil-finali tal-Indian Wells kontra Carlos Alcaraz u għalhekk ried jagħti risposta li kapaċi jkun tennista kompetittiv.
Il-plejer ta’ 27 sena rebaħ l-ewwel set fi 32 minuta u minn hemm ‘l hemm il-logħba kienet tidher li se tieħu xejra favurih.
F’kumment li ta lill-mezzi tax-xandir Amerikani, Medvedev kien ferm kuntent b’dak li rnexxielu jagħmel u se jaħdem sabiex meta jerġa’ jiltaqa’ kontra Alcaraz ikun lest li jirbaħlu.