It-tennista Serb Novak Djokovic ikkonferma li għandu objettiv li jirbaħ il-midalja tad-deheb waqt il-logħob Olimpiku li se jsir f’Pariġi s-sena d-dieħla.
Djokovic, li ċċelebra rekord ġdid ta’ 378 ġimgħa fl-ogħla post tar-rankings, rebaħ il-midalja tal-bronz fil-logħob ta’ Beijing 2008 iżda ma rnexxielux jirbaħ unur ieħor fil-logħob suċċessiv li saru f’Londra, Rio u Tokyo.
L-avvenimenti tat-tennis waqt il-logħob Olimpiku se jsir f’Roland Garros fejn Djokovic rebaħ tnejn mit-22 titlu Grand Slam.