Saturday, May 3, 2025

Tennis: Djokovic mhux se jieħu sehem fl-Italian Open

Aqra wkoll

Novak Djokovic mhux se jieħu sehem fl-Italian Open tal-ġimgħa d-dieħla li hija daqqa ta’ ħarta oħra għat-tħejjijiet tar-rebbieħ tal-Grand Slam 24 darba għal Roland Garros.

Djokovic ikkompeta f’Ruma f’kull staġun mill-2007 u rebaħ l-avveniment sitt darbiet, l-aktar reċenti fl-2022.

Madankollu, l-organizzaturi tat-tournament ħabbru fuq il-midja soċjali li s-Serb mhux se jilgħab fl-2025, mingħajr ma ngħatat raġuni.

Djokovic żied fuq Instagram: “Ruma, se nimmisjak. Nis­pera li niltaqgħu s-sena d-dieħla.”

Dan isegwi t-telfa fl-ewwel logħba ta’ Djokovic tal-Mad­rid Open il-ġimgħa li għaddiet, u jkompli bidu diffiċli għas-sena għall-player ta’ 37 sena.

Djokovic, li huwa nieqes wieħed minn 100 titlu ATP, ma rebaħx trofew ewlieni s’issa dan l-istaġun, u l-aħħar wieħed tiegħu ġie waqt l-Olimpjadi tal-2024 f’Pariġi.

In-numru ħamsa tad-dinja sofra telfiet bikrija f’żewġ tournaments fuq it-tafal fl-aħħar ġimgħat, f’Monte Carlo u f’Madrid.

Wara li tilef kontra t-Taljan Matteo Arnaldi fi Spanja, Djokovic, li qed jaħdem ma’ Andy Murray bħala l-coach tiegħu, ta x’jifhem li din tista’ tkun l-aħħar dehra tiegħu fil-Madrid Open.

“Hija tip ta’ realtà ġdida għalija, irrid ngħid, li nipprova nirbaħ logħba jew tnejn, mingħajr ma naħseb verament li nasal ’il bogħod fit-tournament,” qal Djokovic wara t-telfa tiegħu f’Madrid.

L-irtirar tiegħu minn Ruma jfisser li mhux probabbli li jilgħab logħba kompetittiva oħra qabel ma jibda l-French Open fis-26 ta’ Mejju.

Djokovic diġà rebaħ tliet titli tal-French Open qabel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport