Kritiċi tat-tennis internazzjonali tkellmu dwar it-tennista Brittanika Emma Raducanu li faħħru l-wirjiet tagħha u fuq kollox l-attitudni professjonali tagħha.
Raducanu se tirritorna għal-logħob fis-17 t’April li ġej waqt l-Open ta’ Stuttgart fejn waslet sal-kwarti tal-finali fl-istaġun li għadda.
Dan l-aħħar Raducanu kellha problemi fiżiċi fosthom tonsillittis li ma ħallithiex tieħu sehem f’turnaments prestiġġjużi oħra.