It-tennista Matija Pecotic irnexxielu jikkwalifika għall-finali tas-singles tal-irġiel meta fis-semi-finali għeleb lil Petros Chrysochos ta’ Ċipru b’mod mill-aktar faċli 6-0 6-0.
Fil-finali huwa se jilgħab kontra Lucas Catarina ta’ Monaco li għeleb liċ-Ċiprijott Stylianos Christodoulou 4-6 6-4 7-2.
Il-finali tas-singles tan-nisa mhux se tkun kontestata mill-Maltin minħabba li filwaqt li Francesca Curmi rebħet is-semi-finali tagħha, sfortunatament Elaine Genovese naqset li tikkwalifika.
Curmi għelbet lil Marie Weckerle tal-Lussemburgu 6-2 6-1. Min-naħa ta’ Genovese, din kellha tbaxxi rasha quddiem Victoria Jimenez ta’ Andorra 6-2 6-1.
Għaldaqstant il-finali se tkun bejn Curmi u Jimenez filwaqt li Genovese u Weckerle jilagħbu għall-midalja tal-bronż.
Fil-mixed doubles, Matthew Asciak u Elaine Genovese sfaw megħluba fis-semi-finali mill-koppja Ċiprijotta Constantinou/Neos 4-6 6-1 12-14.