It-tennista Britannika, Emma Raducanu, sfat eliminata mill-French Open meta tilfet kontra Aliaksandra Sasnovich tal-Belarus 3-6, 6-1, 6-1.
Minkejja li hija rebħet l-ewwel set, hija ma rnexxilhiex iżżomm il-vantaġġ tal-ewwel set.
It-tennista ta’ 19-il sena, li s-sena li għaddiet rebħet il-US Open, naqset li tapprofitta minn ħames break points fit-tielet set li kien wieħed deċiżiv biex Sanovich spiċċat rebbieħa.
Il-fatt li Raducanu ġiet eliminata fit-tieni round ifisser li ma fadal players Britanniċi wara li Heather Watson u Harriet Dart tilfu fl-ewwel round.