Friday, November 15, 2024

Tennis – French Open: Medvedev jgħaddi għat-tieni round

Aqra wkoll

In-numru tnejn tad-dinja Daniil Medvedev għadda għat-tieni round tal-French Open b’rebħa komda fuq l-Arġentin Facundo Bagnis.

Iċ-champion tal-US Open Medvedev, ta’ 26 sena, rebaħ 6-2 6-2 6-2 kontra Bagnis, ikklassifikat fil-103 post.

L-eks numru wieħed tad-dinja, Medvedev laħaq l-ewwel kwarti-finali tiegħu f’Roland Garros is-sena l-oħra – wara li tilef fl-ewwel round f’kull waħda mill-erba’ dehriet preċedenti tiegħu f’Pariġi.

Fir-round li jmiss, huwa se jiltaqa’ kontra s-Serb Laslo Djere jew inkella kontra l-Litwan Ricardas Berankis.

“Inħobb lil Roland Garros, speċjalment mis-sena li għaddiet. Nittama li din is-sena nista’ mmur aħjar,” qal Medvedev, li ma kienx ċert mill-parteċipazzjoni tiegħu wara li f’April għamel operazzjoni tal-ftuq.

Ekonomija

Sport