Friday, December 13, 2024

Tennis – French Open: Stefanos Tsitsipas eliminat

Aqra wkoll

Fil-French Open tat-tennis tas-seed numru 4, il-Grieg Stefanos Tsitsipas safa eliminat meta  ġie megħlub mid-Daniż ta’ 19-il sena, Holger Rune, f’erba’ sets, 7-5 3-6 6-3 6-4, biex bħalissa ġiegħel lill-kompatrijotti tiegħu jinsew lil Peter Schmeichel bħala eroj nazzjonali meta issa Rune jinsab fil-kwarti-finali ta’ tournament tal-Grand Slam.

Din fil-fatt hija l-ikbar rebħa tal-karriera tiegħu bl-avversarju li jmiss ikun in-Norveġiż, Casper Ruud, 23 sena, li min-naħa tiegħu warrab għal kollox lil-Pollakk Herbert Hurkacz f’erba’ sets ukoll, 6-2 6-3 3-6 6-3 fil-ħin ta’ sagħtejn u 31 minuta.

Ir-rebħiet ta’ Rune u Rudd kienu t-tnejn storiċi għall-fatt li għaddew għall-aħħar tmienja ta’ tournament tal-Grand Slam għall-ewwel darba.

Iċ-champion renjanti, Djokovic, 35 sena, ipproduċa l-aqwa livell tiegħu s’issa f’Roland Garros, biex ħareġ rebbieħ 6-1 6-3 6-3 kontra l-Arġentin bir-rebħa kienet inqas komda milli jissuġġerixxi r-riżultat.

Fir-round ta’ qabel Djokovic kiseb rebħiet b’sets dritti kontra l-Ġappuniż Yoshihito Nishioka, is-Slovakk Alex Molcan u s-Sloven Aljax Bedene.

Bħal Djokovic, li qed jipprova għall-14-il titlu fi Franza bħat-team favorit tiegħu, Real Madrid, li s-Sibt rebħa ċ-Champions League għall-14-il darba wkoll fil-preżenza tiegħu f’Pariġi, kellu l-ikbar sfida s’issa meta għeleb lill-Kanadiż seed numru 9, Augur-Aliassime, f’ħames sets, 3-6 6-3 6-2 3-6 6-3.

Nadal, li huwa seed numru 5, kellu liz-ziju Toni fil-kaxxa ta’ Augur-Aliassime, wara li qabel kien għen lin-neputi tiegħu jirbaħ 16 mill-21 titlu tal-Grand Slam li għandu taħt rasu. 

Il-Ġermaniż Alexander Zverev kompla għaddej ukoll meta għeleb lill-Ispanjol,  Bernabe Za­pata-Miralles, fi tliet sets bl-ewwel wieħed jirbħu b’tiebreak maratona u l-logħba b’dawn is-sets, 7-6 (13-11) 7-5 6-3.

Iżda l-Ispanjol żagħżugħ l-ieħor, Carlos Alcaraz, 19-il sena, ingħaqad mal-kompatrijott Nadal fl-aħħar tmienja meta warrab l-isfida tar-Russu b’aktar esperjenza minnu, Karen Khachanov, meta kiseb rebħa bi tliet sets identiċi, 6-1 6-4 6-4.

Fil-kategorija femminili, kien hemm trijonf u diżappunt għaż-żewġ Amerikani, Jessica Pegula u Madison Keys fejn tal-ewwel eliminat  lir-Rumena Irina-Camelia Begu fi tliet sets, 4-6 6-2 6-3 waqt li Keys sfat eliminata mir-Russa, Veronika Kudermetova, fi tliet sets ukoll, 1-6 6-3 6-1.

L-Amerikana l-oħra, Sloane Stephens, kom­pliet għaddejja wkoll meta għelbet lil Jil Teichman tal-Isvizzera f’żewġ sets komdi, 6-2 6-0, u issa se tiltaqa’ kontra l-kompatrijotta tagħha, Coco Gauff.

Daria Kasatkina għamlithom żewġ Russi fl-aħħar tmienja meta għelbet lit-Taljana, Camila Giorgi b’mod faċli, 6-2 6-2.

Ekonomija

Sport