It-tennista numru wieħed Iga Swiatek qalet li tinsab xi ftit konfuża wara li Simona Halep ingħatat sospensjoni temporanja minħabba d-doping u sostniet li għandu jkun hemm aktar affarijiet ċari speċjalment dwar il-futur tat-tennista Rumena.
Halep ġiet sospiża mill-Aġenzija tal-Integrita’ tat-tennis internazzjonali wara li ttestjat pożittiva għall-booster tad-demm Roxadustat li oriġinarjament hu projbit. Dan kollu ġara waqt l-US Open.
Swiatek qalet li l-federazzjoni tat-tennis internazzjonali għandhom jagħtu spjegazzjoni ċara ta’ x’inhu permess jew le qabel ma jkun hemm test tad-doping.