Il-Pollakka Iga Swiatek żammet il-forma dominanti tagħha fl-2022 billi għelbet lill-Ġappuniża Naomi Osaka fil-finali tal-Miami Open.
Hija diġà kienet taf li se ssir in-numru wieħed tad-dinja u waslet Florida wara li rebħet it-titli wara xulxin f’Doha u f’Indian Wells.
U ċ-champion tal-French Open 2020 marret għar-rebħa ta’ 6-4 6-0 fuq Osaka biex għamlithom 17-il rebħa konsekuttiva.
Iż-żagħżugħa ta’ 20 sena saret ukoll l-ewwel player femminili li rebħet l-ewwel tliet avvenimenti tal-WTA 1,000 tas-sena.
Hija biss ir-raba’ player mara li rebħet kemm f’Indian Wells kif ukoll f’Miami fl-istess staġun, wara Steffi Graf (1994, 1996), Kim Clijsters (2005) u Victoria Azarenka (2016) – u hija l-iżgħar li rebħet id-doppjetta tax-xemx.