It-tennisti Ingliżi, Jack Draper u Dan Evans, kisbu post fit-tieni rawnd tal-Open Ewropew b’rebħiet ta’ straight-sets rispettivi f’Antwerp fil-Belġju.
Draper kien l-ewwel wieħed fis-center court kontra Jenson Brooksby tal-Istati Uniti, u huwa ksieb rebħa bi skor ta’ 6-1 6-2 fi ftit aktar minn siegħa.
Din ir-rebħa kienet il-ħames waħda kosnekuttiva għat-tennista żagħżugħ ta’ 20 sena.
Draper se jkun qed jiltaqa’ mal-ewwel seed Pollakk Hubert Hurkacz fit-tieni rawnd, fejn se jingħaqad miegħu Evans.