It-tennista Svizzera Belinda Bencic għelbet lill-Awstraljana Ajla Tomljamovic sabiex għenet lil pajjiżha tirbaħ l-ewwel Billie Jean King Cup fl-istorja.
Tomljanovic tilfet ma’ Bencic fi straight sets 6-2, 6-1 fil-logħba li ntlagħbet fl-Emirates Arena fi Glasgow.
L-Iżvizzeri kienu waslu sal-finali darbtejn fl-1998 u s-sena l-oħra iżda setgħu jispiċċaw biss runners-up.
Min-naħa tagħhom, l-Awstralja tilfu ċ-ċans li jiksbu rebħa oħra f’din il-kompetizzjoni u issa ilhom ma jduqu dan is-suċċess sa mis-sena 1974.