Saturday, November 23, 2024

Tennis: L-Italja tirbaħ id-Davis Cup wara 47 sena

Aqra wkoll

Jannik Sinner b’mod dominanti għeleb lill-Awstraljan Alex de Minaur biex għen lill-Italja tikseb l-ewwel titlu tad-Davis Cup wara xejn inqas minn 47 sena.

Matteo Arnaldi għeleb lil Alexei Popyrin 7-5 2-6 6-4 f’partita nervuża tas-singles biex poġġa lill-Italja 1-0 minn fil-partita li ntlagħbet f’Malaga, Spanja.

Sinner imbagħad tem mil-ġimgħa mill-aqwa tiegħu b’rebħa ta’ 6-3 6-0 fuq De Minaur.

“Kienet sensazzjoni inkredibbli għalina lkoll, ovvjament aħna ninsabu tassew kuntenti,” qal Sinner wara din il-partita.

Din kienet it-tieni darba fl-istorja li l-Italja rebħet id-Davis Cup, wara li qabel kienet rebħet it-titlu fl-1976.

L-Awstralja kienu qed ifittxu li jirbħu d-29 titlu tad-Davis Cup iżda issa tilfu żewġ finali konskettivi, wara li s-sena li għaddiet ġew megħluba mill-Kanada.

Sport