It-tournament ta’ Wimbledon din is-sena tilef wieħed mill-aqwa players hekk kif it-tennista Taljan, Matteo Berrettini, kellu jirtira proprju fl-ewwel round minħabba li ġie ttestjat pożittiv għall-Covid-19.
Filwaqt li s-sena li għaddiet kien il-finalista tellief kontra Novak Djokovic, huwa għadu ġej mir-rebħ ta’ Queens u kien jinsab f’forma formidabbli.
Huwa qal: “Inħossni ferm diżappuntat li kelli nirtira b’dan il-mod. M’għandix kliem … il-ħolma tiegħu taret mar-riħ peró sena niġi aktar b’saħħti.”