Monday, December 23, 2024

Tennis: Medvedev jirbaħ id-Dubai Classic

Aqra wkoll

Ir-Russu Daniil Medvedev għeleb lill-kompatrijott tiegħu, Andrey Rublev, biex rebaħ it-titlu tal-kampjonat tat-tennis ta’ Dubai u kompla l-mixja mill-aqwa tiegħu.

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena għeleb liċ-champion renjanti, 6-2 6-2, biex għamilhom tliet titli konsekuttivi wara rebħiet f’Doha u Rotterdam.

Medvedev iddomina mill-bidu u kisser lir-rival tiegħu fl-ewwel logħba. Huwa żamm il-fokus tiegħu biex għamilhom 14-il partita bla telfa u kiseb it-18-il titlu fil-livell tat-tour.

L-eks numru wieħed tad-dinja ma waqqax set il-ġimgħa kollha u kien temm il-bidu tal-istaġun bla telfa ta’ Novak Djokovic fis-semi-finali ta’ nhar il-Ġimgħa.

Huwa ħareġ għal ftit mill-ewwel 10 tar-rankings wara telfa bikrija fl-Australian Open fejn temm 12-il xahar diffiċli, iżda minn dak iż-żmien hu wieġeb bl-aqwa mod.

Huwa warrab lill-eks rival żagħżugħ tiegħu li qatt ma daħal verament fil-pass tiegħu u għalaq ir-rebħa f’siegħa u tmien minuti.

Players Russi u Belarussi kienu ġew ipprojbiti milli jikkompetu f’Wimbledon is-sena l-oħra u issa qed jistennew biex ikunu jafu jekk jistgħux jieħdu sehem fit-tournament ta’ din is-sena.

Ekonomija

Sport