L-eks numru wieħed tad-dinja u seed numru 4, ir-Russu Daniil Medvedev, rebaħ it-titlu tal-Miami Open għall-ewwel darba meta fil-finali għeleb lit-Taljan, Jannik Sinner, f’settijiet dritti, 7-5 6-3.
Dan huwa l-ħames titlu tal-Masters 1,000 tal-karriera tiegħu u r-raba’ titlu tal-ATP tiegħu tal-2023 wara rebħiet f’Dubai, Doha u Rotterdam.
In-numru 5 tad-dinja, Medvedev, 27 sena, sar l-ewwel player minn Ivan Lendl fl-1981 li wasal sa ħames finali konsekuttivi tal-ATP meta għeleb lill-kompatrijott tiegħu, Karen Khachanov, fl-aħħar erbgħa.
Petra Kvitova, 33 sena, kisbet l-ewwel titlu tagħha tal-Miami Open b’rebħa impressjonanti ta’ settijiet dritti wkoll fuq Elena Rybakina.
Wara tie-break maratona ta’ 30 punt fl-ewwel set li damet sejra 22 minuta, Kvitova ffaċċjat ftit problemi fit-tieni u ssiġillat rebħa ta’ 7-6 (16-14) 6-2.
Hija temmet sensiela ta’ 13-il partita rebbieħa għaċ-champion ta’ Wimbledon, Rybakina, 23 sena, li kienet qed tissielet wara s-Sunshine Double wara li x-xahar li għadda rebħet f’Indian Wells.