Friday, November 15, 2024

Tennis: Nadal jitlef l-Indian Wells u Miami għax imweġġa’

Aqra wkoll

Rafael Nadal irtira mill-avvenimenti tal-Masters 1000 f’Indian Wells u Miami minħabba injury.

L-Ispanjol ta’ 36 sena ilu ma jikkompeti minn meta tilef fit-tieni round tal-Austrakian Open tax-xahar li għadda.

Iċ-champion tal-Grand Slam 22 darba kien mistenni li jibqa’ barra minn sitta sa tmien ġimgħat b’injury fil-ġenbejn li fixklet it-telfa tiegħu minn Mackenzie McDonald.

“Nixtiequ li Rafa jkompli jfieq u nittamaw li narawh lura s-sena d-dieħla,” qal id-direttur ta’ Indian Wells, Tommy Haas.

Nadal rebaħ fl-avveniment ta’ Kalifornja – li beda nhar it-Tnejn – fl-2007, 2009 u 2013, u tilef fil-finali tas-sena l-oħra kontra l-Amerikan Taylor Fritz.

Nadal kien l-aktar limitat għal xogħol tal-fiżjoterapija u fil-gym fl-aħħar ġimgħat, iżda seta’ jibda ritorn gradwali fil-court.

Hu se jitlef ukoll il-Miami Open fi żmien tliet ġimgħat oħra.

Il-mira li jmiss ta’ Nadal x’aktarx tkun il-Masters ta’ Monte Carlo, fejn hu kien champion 11-il darba fil-Prinċipalita’.

L-ewwel avveniment ewlieni tal-istaġun Ewropew tat-tafal jibda fid-9 ta’ April.

Ekonomija

Sport