Friday, October 18, 2024

Tennis: Nick Kyrgios eliminat mill-US Open

Aqra wkoll

Nick Kyrgios ġie eliminat mill-US Open meta ġie megħlub mir-Russu Karen Khachanov fi kwarti tal-finali tensa fi New York.

L-Awstraljan ta’ 27 sena, li kellu bżonn attenzjoni medika fuq il-koxxa tax-xellug wara l-ewwel set, tilef 7-5 4-6 7-5 6-7 (3-7) 6-4 kontra s-27 seed Khachanov li jinsab fl-ewwel semi-finali maġġura tiegħu.

Din it-telfa xejn ma niżlet tajjeb ma Kyrgios minħabba li qabel ħalla l-court huwa kisser żewġ paletti bir-rabja.

Sport