Il-plejer Maltija tat-table tennis Rachel Mifsud, li sal-istaġun li għadda kienet titħarreġ ma’ Alpha TTK Malta, iffirmat ma’ Stade Clermontois Tennis de table fi Franza għall-istaġun 2023/24.
Mifsud se tkun qedtgħix u titħarreġ fuq bażi full-time fi Franża,filwaqt li tikkompeti fil-Kampjonat Reġjonali 3 u kompetizzjonijiet oħra mal-klabb il-ġdid tagħha.
Nhar is-Sibt li għadda, Mifsud iddebbutat fl-ewwel logħba tal-kampjonat fejn fil-kategorija tas-singles rebħet żewġ logħbiet bl-iskor ta’ 3-1 u 3-0 u sofriet telfa waħda bl-iskor ta’ 3-2. Fl-istess waqt, hi rebħet ukoll l-ewwel logħba fid-doubles flimkien ma’ Maxim Audic 3-1.
Stade Clermontois Tennis de table rebħu dan l-ewwel konfront 11-3 kontra TT Castelpontin 2. Ta’ min jgħid li Rachel Mifsud hija l-aktar plejer fit-tim tagħha li tinsab ‘il fuq fir-rankings, b’1,300 punt.