Friday, November 15, 2024

Tennis: Rafael Nadal jgħid li ma jafx meta se jirritorna wara l-eliminazzjoni tal-US Open

Aqra wkoll

It-tennista Rafael Nadal, jgħid li ma jafx meta se jerġa’ jilgħab wara li tilef fir-raba’ round tal-US Open.

L-Ispanjol ta’ 36 sena, li martu hija tqila, ġie eliminat minn dan il-Grand Slamf’erba’ sets mill-Amerikana Frances Tiafoe.

“Għandi bżonn nieqaf għal ftit. Għandi bżonn nirranġa bosta affarijiet, il-ħajja, imbagħad ma nafx meta se niġi lura,” qal Nadal li rebaħ xejn inqas minn 22 Grand Slams.

“Se nipprova nkun lest mentalment. Meta nħoss li  nkun lest nerġa’ nikkompeti ….”

Nadal huwa skedat li jilgħab fil-Laver Cup, flimkien ma’ Roger Federer, Novak Djokovic u Andy Murray, f’Londra mit-23-25 ​​ta’ Settembru.

It-telfa kontra t-22 seed Tiafoe kienet l-ewwel telfa ta’ Nadal fi Grand Slam din is-sena.

Huwa kien qed jimmira li jirbaħ il-US Open għall-ħames darba, kien biss it-tieni turnament li kien lagħab minn meta ħareġ mis-semi-finali ta’ Wimbledon b’injury fl-istonku.

Għat-telfa kontra Frances Tiafoe, l-Ispanjol qal:“Id-differenza hija faċli: jien lgħabt partita ħażina u hu lagħab partita tajba.

“Ma kontx kapaċi nżomm livell għoli ta’ tennis għal żmien twil. Ma kontx veloċi biżżejjed fil-movimenti tiegħi. Kien kapaċi jieħu l-ballun wisq drabi kmieni ħafna aktar minni.

“It-tennis huwa sport ta’ pożizzjoni b’riflessi veloċi. Irrid nistqarr li n’iniex aktar f’dak il-mument.”

Ekonomija

Sport