Sunday, November 10, 2024

Tennis: Roger Federer iħabbar li se jirtira

Aqra wkoll

Roger Federer, wieħed mill-aqwa players ta’ kull żmien li qatt ipproduċa t-tennis, ħabbar li se jirtira mit-tennis tal-ogħla livell wara l-Laver Cup li se ssir f’Londra aktar tard dan ix-xahar.

Dan il-player leġġendaru li fil-karriera tiegħu rebaħ 20 Grand Slams, ilu nieqes mill-azzjoni minn Wimbledon 2021 minħabba injury fl-irkoppa fejn wara kellu jiġi operat. 

“Il-messaġġ li ġismi bagħat lill-moħħi kien wieħed ċar, qa l-Isvizzeru ta’ 41 sena. 

“Lgħabt aktar minn 1,500 partita fuq medda ta’ 24 sena. Kull bidu fih it-tmiem u proprju issa wasal iż-żmien li ntemm il-karriera kompetittiva tiegħi.”

Għal dawn l-aħħar tliet snin Federer kien ikkalpestat minn injury fl-irkoppa bil-konsegwenza li lagħab biss fi tliet tournaments. 

L-aħħar logħba tiegħu kienet l-eliminazzjoni kontra Hubert Hurkacz fil-kwarti-finali, f’Wimbledon, fis-sajf li għadda.

Sport