Friday, December 20, 2024

Tennis: Roger Federer se jirritorna f’Settembru

Aqra wkoll

It-tennista Żvizzeru, Roger Federer, ħabbar li se jirritorna f’Settembru hekk kif qed jirkupra minn injury fi rkopptu li ħallietu barra għal diversi xhur.

Huwa kien jinħtieġlu li jsirulu żewġ interventi kirurġiċi fit-tentattiv li jirritorna fir-rebbiegħa tal-2021. Iżda minkejja li lagħab f’żewġ tournaments ta’ Doha u Dubai, huwa kellu jirtira għal ftit ta’ żmien minħabba li l-operazzjonijiet ma’ rnexxewx. 

Imbagħad l-akbar diżappunt kien li safa eliminat fil-kwarti-finali tal-Grand Slam ta’ Wimbledon mill-Pollakk ta’ 25 sena, Hubert Hurkacz.

Wara din il-logħba huwa reġa’ ġie operat fi rkopptu, iżda issa huwa determinat li jirritorna għal Laver Cup ma’ Team Europe kontra dak tad-dinja, f’Settembru li ġej. 

Minkejja li għandu 40 sena, l-aġent tiegħu ċaħad kwalunkwe rapporti li Federer se jirtira. 

Ekonomija

Sport