It-tennista żagħżugħ mid-Danimarka Holger Rune għeleb b’mod soprendenti lis-sitt darbiet champions Novak Djokovic 3-6, 6-3, 7-5 sabiex ħa l-Paris Masters fil-finali li ntlagħbet ilbieraħ.
Rune, li għeleb erba’ plejers oħra li qegħdin irrankjati fl-ewwel għaxar postijet iġifieri
Hubert Hurkacz, Andrey Rublev, Carlos Alcaraz u Felix Auger-Aliassime sar l-ewwel tennista Daniż li se jkun qed jitla’ fl-ogħla postijiet tar-rankings.
F’kummenti li ta wara din ir-rebħa Rune kien ferħan se jtir filwaqt li ddedika dan is-suċċess lill-poplu Daniż kollu li emmen fil-kapaċitajiet tiegħu.