Jannik Sinner wasal fl-Istati Uniti biex jieħu sehem fis-Cincinnati Open, fejn se jipprova jiddefendi t-titlu tiegħu f’dan l-avveniment prestiġjuż tal-ATP Masters 1000 li jsir, f’Ohio.
It-Taljan ta’ 23 sena, li qed jikkompeti għall-ewwel darba minn meta rebaħ Wimbledon ix-xahar li għadda, niżel għat-taħriġ fuq wiċċ iebes fejn deher jitbissem u jiċċajta mal-membri tat-team tiegħu waqt li kien qed jagħmel l-aħħar tħejjijiet għal dan it-tournament. Sinner għandu tifkiriet sbieħ f’Cincinnati, fejn is-sena l-oħra għeleb lil Frances Tiafoe biex rebaħ it-trofew.
Il-player numru wieħed fir-rankings fil-klassifika tal-ATP għandu rekord ta’ 26 rebħa u 3 telfiet din is-sena, skont l-Indiċi Win/Loss ta’ Infosys ATP, u qed ifittex l-ewwel trofew tiegħu tal-Masters 1000 għall-2025.
Sinner se jingħaqad fil-kompetizzjoni ma’ Alexander Zverev, Taylor Fritz u Carlos Alcaraz, li tilef kontra Sinner fil-finali ta’ Wimbledon fl-aħħar konfront bejniethom fil-Lexus ATP Head2Head.
Is-Cincinnati Open jibda nhar il-Ħamis u għadda minn bidla sostanzjali hekk kif proprju din is-sena se jespandi għal avveniment ta’ ġimagħtejn b’96 player, flimkien ma’ rinnovazzjoni ta’ $260 miljun tal-kampus. Din l-espansjoni għandha l-għan li ttejjeb l-esperjenza kemm għall-players kif ukoll għall-partitarji, inkluż bl-addizzjoni ta’ courts ġodda.
Il-finali se tintlagħab nhar it-Tnejn 18 ta’ Awwissu.