Team World għeleb lil Team Europe 13-2 biex rebaħ il-Laver Cup għat-tieni sena konsekuttiva f’Vancouver, il-Kanada.
L-Amerikani Ben Shelton u Frances Tiafoe għelbu lill-Pollakk Hubert Hurkacz u lir-Russu Andrey Rublev 7-6 (7-4) 7-6 (7-5) fid-doubles biex ħarġu rebbieħa.
Team World iddominaw it-tournament u kellhom bżonn biss li jirbħu l-logħba tad-doubles biex jassiguraw ir-rebħ tat-trofew.
Ir-rebħa tan-Norveġiż Casper Ruud fuq l-Amerikan Tommy Paul is-Sibt tat l-uniċi punti lill-Ewropa.
Bir-rebbieħ ikun l-ewwel team li jilħaq 13-il punt, Team World kienu fit-triq it-tajba wara l-ewwel ġurnata wara li rebħu l-erba’ logħbiet qabel ma l-Amerikani, Taylor Fritz u Tiafoe, it-tnejn rebħu f’settijiet dritti nhar is-Sibt u Felix Auger-Aliassime tal-Kanada, u Shelton żiedu r-rebħa tad-doubles biex l-aħħar ġurnata bdewha b’vantaġġ ta’ 10-2.
“Żidna l-isforzi tagħna u ħsibt li l-players kollha lagħbu mill-aqwa,” qal il-captain ta’ Team World, John McEnroe.
“Din kienet sena speċjali għalina. Naf li se jiġu lura b’saħħithom iżda żewġ rebħiet wara xulxin neħodhom kuljum. U bdejt naħseb li huwa possibbli li nagħmluhom tlieta wara xulxin!”
Shelton, 20 sena, li elimina lill-kompatrijott tiegħu, Tiafoe, mill-US Open aktar kmieni dan ix-xahar, laħaq is-semi-finali u tela’ fid-19-il post tar-rankings mondjali, iżda l-koppja ħadmu tajjeb bħala team, fejn ġew minn wara fiż-żewġ tiebreaks biex rebħu logħba drammatika.
“Kienet speċjali ħafna li tkun parti mir-rebħa tas-sena l-oħra – kienet daqshekk emozzjonali li kienet l-ewwel darba tiegħi. Issa ma’ Ben hija ta’ pjaċir ħafna,” qal Tiafoe.
Shelton qal: “Kienet tal-ġenn għalija. Ħadt gost li nkun f’ambjent ta’ team, għamlu xogħol mill-aqwa li ferrħuni l-ġimgħa kollha u nittama li għamilt xogħol tajjeb li ferraħthom jien ukoll.”
Team Europe rebaħ l-ewwel erba’ edizzjonijiet tat-tournament iżda dik il-mixja ġiet fi tmiemha f’Londra s-sena li għaddiet meta Team World ħareġ rebbieħ fit-tournament li mmarka t-tmiem tal-karriera ta’ Roger Federer.
Ir-riżultati kollha huma:
L-ewwel ġurnata – Ben Shelton v Arthur Fils 7-6 (7-4) 6-1; Francisco Cerundolo v Alejandro Davidovich Fokina 6-3 7-5; Felix Augur-Aliassime v Gael Monfils 6-4 6-3; Frances Tiafoe/Tommy Paul v Andrey Rublev/Arthur Fils 6-3 4-6 10-6.
It-tieni ġurnata – Taylor Fritz v Andrey Rublev 6-2 7-6 (7-3); Casper Ruud v Tommy Paul 7-6 (8-6) 6-2; Frances Tiafoe v Hubert Hurkacz 7-5 6-3; Felix Auger-Alissime/Ben Shelton v Hubert Hurkacz/Gael Monfils 7-5 6-4.
It-tielet ġurnata – Ben Shelton/Frances Tiafoe v Hubert Hurkacz/Andrey Rublev 7-6 (7-4) 7-6 (7-5).
Team World għeleb lil Team Europe 13-2 biex rebaħ il-Laver Cup għat-tieni sena konsekuttiva f’Vancouver, il-Kanada.
L-Amerikani Ben Shelton u Frances Tiafoe għelbu lill-Pollakk Hubert Hurkacz u lir-Russu An