Sunday, December 22, 2024

Tennis: Team World jirbaħ il-Laver Cup għall-ewwel darba

Aqra wkoll

Il-Laver Cup li hija kompetizzjoni tat-tennis bejn l-Ewropa u d-Dinja li ilha tintlagħab annwalment mill-2017 minbarra sena, li hija msemmija għal-leġġendarju tennista Awstraljan, Rod Laver, li dejjem ikun preżenti, ġiet mirbuħa għall-ewwel darba minn Team World.

Minkejja li l-Ewropa forsi dehru favoriti li jirbħu t-tazza għall-ħames darba u anke kienu minn fuq sa tmiem it-tieni ġurnata kien it-team tad-Dinja li l-bieraħ dawwar il-logħba bi tliet rebħiet konsekuttivi biex waslu sa 13-il punt li kienu biżżejjed biex jiksbu r-rebħa.

L-Ispanjol Rafael Nadal kellu jirtira wara li laħaq lagħab biss fid-doubles flimkien ma’ Roger Federer minħabba li ma ħassux f’kun­dizzjoni fiżika tajba.

Fl-ewwel ġurnata l-iskor kien 2-2 meta reb­ħa kienet tiswa punt u l-Ġimgħa kull team rebaħ żewġ logħbiet. Fejn f’logħba kull player rebaħ set kull wieħed saret tiebreak sa 10 punti jew aktar.

Dawn ġew mirbuħa hekk (Team Europe l-ewwel):

– Casper Ruud v Jack Sock 6-4 5-7 (10-7) – 1-0.

– Stefanos Tsitsipas v Diego Schwartzmann 6-2 6-1 – 2-0.

– Andy Murray v Alex De Minaur 7-5 3-6 (7-10) – 2-1.

– Roger Federer/Rafael Nadal v Jack Sock/Frances Tiafoe 6-4 6-7 (2-7) (9-11) – 2-2.

Is-Sibt intbagħbu erba’ logħbiet oħra b’Team Europe jmur 8-6 fil-vantaġġ meta issa r-rebbieħ jingħta żewġ punti għar-rebħa bir-riżultati jkunu dawn:

– Matteo Berrettino v Felix Augur-Aliassime 7-6 (13-11) 4-6 (10-7) – 4-2.

– Cameron Norrie v Taylor Fritz 1-6 6-4 (8-10) – 4-4.

– Novak Djokovic v Tiafoe 6-1 6-3 – 6-4.

– Berrettini/Djokovic v De Minaur/Sock 7-5 6-2 – 8-4.

L-aħħar ġurnata li saret il-bieraħ li fiha reb­ħa kienet issarraf tliet punti ir-riżultati kienu:

– Berrettini/Murray v Augur-Aliassime/Sock 6-2 3-6 (8-10) – 8-7.

– Djokovic v Augur-Aliassime 3-6 6-7 (3-7) – 8-10.

– Tsitsipas v Tiafoe 6-1 6-7 (11-13) (8-10) – 8.13.

– Ruud v Fritz (ma saritx).

Ekonomija

Sport