Sunday, September 15, 2024

Terence Groothusen jirritorna ma’ Hibernians

Aqra wkoll

Terence Groothusen rritorna ma’ Hibernians, ma’ liema club huwa kien diġá lagħab miegħu lura fl-2019. Mal-Pawlisti, il-player internazzjonali ta’ Aruba skorja ħames gowls fi 13-il partita.

Huwa kellu perjodi jilgħab fl-Olanda fosthom ma’ FC Dordrecht u Kozakken Boys filwaqt li lagħab ukoll ma’ tliet clubs differenti fil-Ġermanja fosthom ma’ Alemannia Aachen.

Groothusen skorja erba’ goals f’10 dehriet għal pajjiżu li jilgħab fir-reġjun tal-CONCACAF.

Ekonomija

Sport