Saturday, November 9, 2024

Terremot b’qawwa ta’ 7.5 fuq l-iskala Ritcher jheżżeż lill-Messiku… allarm ta’ tsunami

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn CARMEN CACHIA

L-istat Messikan ta’ Oaxaca fl-aħħar sigħat theżżeż b’terremot qawwi ħafna tant li l-awtoritajiet lokali ħassu l-bżonn li joħorġu avviż li hemm periklu ta’ tsunami fiż-żoni tal-Messiku, il-Gwatemala, El Salvador u Honduras. Dan it-terremot kien ta’ qawwa 7.5 fuq l-iskala Ritcher u s’issa persuna waħda hija rrapportata li mietet, mentri ieħor sofra ġrieħi.

Dan it-terremot reġa’ fakkar lill-poplu Messikan fit-terrur li kkawża t-terremot li seħħ fid-19 ta’ Settembru, 2019 fl-istat ta’ Puebla li fih mietu 370 persuna u 6,011 oħra sfaw midruba.

Il-President Messikan, Andrès Manuel Lòpez Obrador qal li l-istitut ġeoloġiku Amerikan irreġistra  dan it-terremot b’qawwa ta’ 7.7 fuq l-iskala Ritcher mentri l-istitut tal-Messiku qal li kien ta’ 7.5. Il-fatalità ta’ dan it-terremot seħħet fil-belt ta’ La Crucecita.

Mezzi tax-xandir lokali rraportaw kif pazjenti fl-isptarijiet fil-belt tal-Messiku kienu evakwati minħabba biża’ li l-bini jiġġarraf. Fil-fatt ħafna ddeskrivew kif dan it-terremot heżżeż il-binja fiż-żoni milquta. S’issa l-awtoritajiet lokali però, qalu li ma kienx hemm ħsarat strutturali serji u s-sindku ta’ Oaxaca, Alejandro Murat iddikjara li, “kollha ninsabu magħquda u tajbin”.

Sport