Għadd ta’ turisti li għażlu Costa Blanca fi Spanja bħala d-destinazzjoni tagħhom għal vaganza għaddew minn esperjenza xejn sabiħa hekk kif esperjenzaw terremot. It-theżżiż inħass kemm mit-turisti kif ukoll minn residenti fejn ingħad li tant kien qawwi li kważi ġew “mormija ‘l barra mis-sodda”.
Deskritt minn wieħed mit-turisti bħala “l-aktar terremot qawwi li qatt esperjenzajt”, l-epiċentru tiegħyu kien ħames kilometri biss miż-żona turistika popolari u kien ta’ qawwa 3 fuq l-Iskala Ritcher. Wara dan it-terremot inħass theżżiż ieħor ‘il barra mill-kosta ta’ Barcelona, fit-Tramuntana tal-gżejjer Balearic.