Wednesday, December 25, 2024

Terremot ieħor: Din id-darba fi New Zealand

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Terremot b’qawwa ta’ 6.1 fuq l-Iskala Richter laqat lil New Zealand, ilbieraħ għall-ħabta ta’ 7:30 p.m (ħin tal-lokal). Inħass l-iżjed min-nies li jgħixu lejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-pajjiż.

Skont il-GeoNet – proġett maħluq fl-2001 bil-għan li jopera sistema moderna ta’ monitoraġġ ġeoloġiku fi New Zealand, wera li t-terremot inħass għal madwar 30 sekonda u qies it-theżżiżiet bħala moderati.

It-terremot seħħ ftit jiem wara li l-Gvern ta’ New Zealand iddikjara stat ta’ emerġenza nazzjonali minħabba għargħar qawwi u ħsara kkawżata miċ-ċiklun tropikali Gabrielle. Kawża ta’ dan iċ-ċiklun, f’dan il-pajjiż kien hemm iktar minn 40,000 dar li sfaw mingħajr provvista tal-elettriku.

New Zealand mhuwiex l-unika pajjiż intlaqat minn terremot, hekk kif fl-aħħar jiem fix-xena internazzjonali ddominat it-traġedja tas-Sirja u t-Turkija li ntlaqtu minn żewġ terremoti li ħasdu l-ħajja t’iktar minn 40,000, kif ukoll numru ta’ persuni oħra midruba apparti li ntradam diversi bini – saħansitra għadd ta’ nies spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.

Ekonomija

Sport