Bosta kienu dawk li fl-aħħar ħin kienu maħsudin minn terremot li nħass minn diversi lokalitajiet madwar il-gżejjer Maltin.
Skont informazzjoni maħruġa miċ-ċentru siżmiku tal-Università ta’ Malta jidher li t-terremot tkejjel b’saħħa ta’ madwar 5.3 fuq l-iskala richter u kellu effetti ta’ madwar seba’ sekondi.
Dan kien l-aħħar fost sensiela ta’ terremoti li ġew reġistrati fl-aħħar jiem f’pajjiżna. F’kummenti lil dan is-sit Prof. Pauline Galea mid-Dipartiment tal-Geoxjenza fl-Università ta’ Malta qaltilna li dak li qiegħed iseħħ huwa xi ħaġa li ġrat kemm-il darba fil-passat u biex ngħidu hekk hija xi ħaġa tipika fir-reġjun tagħna. Hija madanakollu ma eskludietx li dawn it-terremoti jistgħu jkunu qegħdin iwittu t-triq għal terremot aktar b’saħħtu.