Saturday, October 26, 2024

Terremot ieħor jinħass mal-lejl

Aqra wkoll

F’temp ta’ ftit sigħat, pajjiżna ntlaqat minn żewġ terremoti. L-iktar wieħed riċenti seħħ għall-ħabta tas-1:43 a.m. Skont informazzjoni maħruġa miċ-ċentru siżmiku tal-Università ta’ Malta jidher li t-terremot tkejjel b’saħħa ta’ madwar 4.8 fuq l-Iskala Richter.

Dan wara li għall-ħabta tad-9:00 p.m. tal-bieraħ inħass terremot li tkejjel b’saħħa ta’ madwar 5.1 fuq l-Iskala Richter u kellu effetti ta’ madwar seba’ sekondi.

Minkejja li forsi jista’ jkun hemm min jallarma ruħu minħabba li seħħew għadd ta’ terremoti f’dawn l-aħħar jiem, f’kumment li tat lil Talk.mt Prof. Pauline Galea mid-Dipartiment tal-Geoxjenza fl-Università ta’ Malta hija fissret li dawn l-episodju li qed ikollna bħalissa fejn qed iseħħu numru ta’ terremoti, mhix xi ħaġa kompletament ġdida għaliex ġrat bosta drabi fis-snin imgħoddija.

“Jekk inħarsu lura lejn artikli f’gazzetti tas-seklu 19 insibu referenzi għal episodji li kienu jissejħu bħala ‘żmien it-terremoti’ u dan huwa parti mir-riċerka li tkompli ssaħħaħ l-istudju tagħna u li tikkonferma li dak li qiegħed iseħħ huwa xi ħaġa li ġrat kemm-il darba fil-passat u biex ngħidu hekk hija xi ħaġa tipika fir-reġjun tagħna”.

Sport