Wednesday, December 25, 2024

Terremot qawwi jheżżeż lil Melbourne

Aqra wkoll

Terremot ta’ qawwa 5.8 fuq l-iskala richter heżżeż lll-belt ta’ Melbourne ġewwa l-Awstralja u għamel ħsara f’diversi binjiiet madwar li-belt.

It-terremot seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tad-9:15a.m. ħin lokali.

Il-Prim Ministru Scott Morrison qal ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ persuni li ndarbu serjament u qal li din hija aħbar tajba ħafna.

It-terremot inħass ukoll fil-pajjiżi ġirien fin-Nofsinhar tal-Awstralja u fi New South Wales.

Rapporti qalu li filwaqt li dan huwa wieħed mill-ikbar terremoti tal-Awstralja f’dawn l-aħħar snin, ma jidhirx li kkawża ħsara sinifikanti.

Is-Sur Morrison innota li t-terremoti ma kinux komuni fl-Awstralja u “jistgħu jkunu avveniment inkwetanti ħafna”.

Melbourne, it-tieni l-akbar belt tal-pajjiż, hija d-dar ta’ madwar ħames miljun persuna.

Ekonomija

Sport