Sunday, December 22, 2024

Terremot qawwi jolqot lil Acapulco ġewwa l-Messiku

Aqra wkoll

Terremot qawwi laqat il-kosta tal-Messiku, qrib ħafna ċ-ċentru turistiku Acapulco.

It-terremot rreġistra qawwa ta’ 7.0, u nħass b’qawwa anke 370 kilometru ’l bogħod tant li r-residendi ta’ kapitali Mexico City ħarġu fit-toroq. Sfortunatament raġel tilef ħajtu kawża ta’ dan it-terremot fil-belt ta’ Coyuca de Benitez wara li waqa’ arblu fuqu. 

Min-naħa tiegħu l-President tal-pajjiż  Andrés Manuel López Obrador qal li minkejja l-qawwa tat-theżżiża ma kinux irrapportat ħsarat kbar madwar il-pajjiż. Minkejja dan, is-Sindku ta’ Acapulco Adela Roman qalet li l-poplu ta’ din il-belt jinsab inkwetat ħafna minħabba l-possibbiltà ta’ iktar theżżiż. Hija żiedet tgħid li f’għadd ta’ żoni residenzjali kienu rrapportati każijiet ta’ ħruġ ta’ gass.  Resident anzjan li tkellem ma’ midja internazzjonali qal li huwa jinsab beżgħan ħafna hekk kif dan it-terremot fakkru fit-terremot tal-1985. Dakinhar terremot kbir kien laqat lill-kapitali Messikana u kien ħalla minn tal-inqas 10,000 persuna mejtin. 

Ekonomija

Sport