Saturday, December 28, 2024

Terremot qawwi ta’ 6.4 fuq l-Iskala Richter f’Kalifornja

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Uffiċċju għall-Istudji Ġeoloġiċi Amerikan ħabbar li terremot qawwi ħafna – 6.4 fuq l-Iskala Richter – heżżeż lil Kalifornja.

Dan seħħ f’temp ta’ tlett ijiem biss wara li terremot ieħor, din id-darba ta’ 3.2 fuq l-Iskala Richter heżżeż, il-Bay Area f’San Francisco. 

It-terremot tal-lum seħħ barra mill-kosta fit-Tramuntana tal-istat Kalifornjan u kien fond 16.1 kilometru. L-epiċentru tiegħu kien 130 mil mit-Tramuntana ta’ San Francisco.

S’issa għadu ma ħariġx avviż ta’ periklu minn tsunami.

Ekonomija

Sport