Saturday, December 21, 2024

Terremot ta’ 6.1 iħalli minn tal-inqas żewġ persuni mejtin fl-Indoneżja

Aqra wkoll

Terremot ta’ 6.1 heżżeż il-gżira ta’ Sumatra ġewwa l-Indoneżja fejn minn tal-inqas żewġ persuni tilfu ħajjithom. Is-saħħa ta’ dan it-terremot kienet qawwija ħafna tant li nħasset anke f’Singapore u l-Malażja. 

Din it-theżżiża, li kif kien mistenni ma kkawżat l-ebda theddida ta’ tsunami, wasslet biex għadd ta’ residenti ta’ diversi bliet joħorġu mill-bini. Matul il-jum tal-bieraħ, l-uffiċjali tal-Indoneżja qalu li huma se jkomplu jsegwu s-sitwazzjoni bir-reqqa u ħeġġew lin-nies biex joqogħdu attenti għal xi twissijiet li jistgħu jinħarġu. 

L-istess uffiċjali qal li kien hemm żewġ persuni li tilfu ħajjithom filwaqt li numru ta’ bini – fosthom anke xi bini governattiv u djar residenzjali – ġarrbu xi ħsarat. Ġewwa l-Punent ta’ Pasaman, li tinsab madwar 17-il kilometru bogħod mill-epiċentru, sptar kellu jiġi evakwat filwaqt li anke qamet kommossjoni fost ir-residenti tal-bliet. 

Ekonomija

Sport