Saturday, December 21, 2024

Terrorist iżomm 20 ostaġġ fuq xarabank fost theddid li se jisplodi bombi

Aqra wkoll

Terrorist armat b’armi tan-nar u splussivi ħa l-kontroll ta’ xarabank fl-Ukrajna u ħa 20 persuna ostaġġ. Skont il-midja lokali r-raġel talab lill-pulizija ta’ Lutsk li fix-xarabank kien hemm ammont ta’ splussiv, u li fl-istess waqt kien hemm xarabank oħra fl-istess belt li wkoll kienet qed iġġorr splussiv.

Il-Pulizija diġà identifikat lir-raġel u qalet li huwa esprima l-frustrazzjoni tiegħu dwar is-sistema Ukrena  fuq il-paġni tiegħu fuq il-midja soċjali.

Fi stqarrija li għamel, ir-raġel qed jingħad li għandu kompliċi ieħor li qed jopera f’żona mimlija nies fil-belt.

“Hemm ħafna nies miegħi,” huwa żied jgħid. “Machine guns, grenades u żewġ bombi.”

Tenna li l-mewt tiegħu mhijiex ostaklu għall-isplużjonijiet. “L-istat dejjem kien u jibqa’ l-ewwel terrorist.”

Il-Pulizija qalu li kienu tkellmu mar-raġel permezz ta’ telefonata u fost it-talbiet “assurdi” tiegħu hemm li uffiċjali Ukreni jippubblikaw filmati fejn fih jistqarru li huma “terroristi”.

Talab ukoll lill-President ukren Volodymyr Zelensky biex iħeġġeġ lin-nies jaraw il-film li ħareġ fl-2005 “Earthlings” li jagħti dettalji dwar kif ċerti industriji jabbużaw annimali bl-iskop li jagħmlu profitt.

Ritratti li bdew jiċċirkolaw juru li wħud mit-twieqi tax-xarabank, li jinsab ipparkjat viċin teatru, ġew imkissrin.

Iċ-ċentru tal-belt ta’ Lutsk intant ingħalqet mill-pulizija hekk kif qd ikomplu jikkomunikaw mat-terrorist.

Ekonomija

Sport