Disa’ persuni sofrew ġrieħi hekk kif l-ajruplan li kienu fuqu esperjenza turbolenzi qawwija. Din it-titjira tal-biża’ kienet għaddejja fuq l-Ewropa u ħalliet lis-sitt membri tal-ekwipaġġ u lill-179 passiġġieri abbord imbikkma b’dak li esperjenzaw.
It-titjira minn Berlin għal Milan għaddiet minn maltemp fin-Nofsinahr tal-Ġermanja. Rapporti qalu li n-nies intremgħu mis-siġġijiet tagħhom u spiċċaw jissabbtu mas-saqaf tal-ajruplan.
Is-sitwazzjoni kienet tant kritika li wieħed mill-passiġġieri stqarr mal-ġurnal Ġermaniż “Bild” li qatt ma kien daqshekk imbeżża f’ħajtu fejn f’dak il-mument ħaseb li l-ajruplan se jinqasam fi tnejn.
Il-kaptan għamel inżul ta’ emerġenza f’Memmingen fin-Nofsinhar tal-Ġermanja. Hawn kollox mar b’wiċċ il-ġid.