Thursday, May 8, 2025

Terry ta’ Bormla se tieħu lil ta’ Bajd u Bejken il-Qorti

Lesta li ċċedi l-kważa biss jekk kull dħul li sar mix-show imur għal Puttinu Cares

Aqra wkoll

F’messaġġ li kitbet Terry Muscat fuq il-midja soċjali qalet li se tkun qiegħda tieħu lit-tim ta’ Bajd u Bejken il-Qorti hekk kif se tieħu azzjoni legali kontrihom

“Din hija deċiżjoni li lesta nibqa’ nkompli biha, iżda fl-istess waqt, jiena lesta li nagħmel ftehim. Se nikteb kollox hawn sabiex tkunu xhieda ta’ dak li qed ngħid,” kitbet Terry

Hija kompliet tikteb li “kif tafu, dawn qalulna li kellhom madwar 1200 ruħ preżenti f’dak ix-xow, u dawk in-nies dahku bija fuq dak li ġie mxandar lit-telespettaturi mit-team ta’ Bajd u Bejken, u dan kollu kien frott u ħtija tat-team stess, dawn għamlu profitt minn dan kollhu fejn in-nies ħallsu l-biljetti. 

“Jiena lesta li nirtira l-akkużi, iżda bil-kundizzjoni li kull ċenteżmu li team daħal mill-bejgħ tal-biljetti għal dak ix-xow jingħata kollu lil Puttinu Cares, bla ma jitnaqqsu l-ebda spejjes jiġifieri, l-ispejjeż għandhom iħallsuhom it-team stess. B’hekk,  tkun ittieħdet lezzjoni li tixraqhom. U wara li jaċċettaw din il-kundizzjoni, jiena lesta wkoll li niltaqa’ magħhom wiċċ imb wiċċ, b’mod ċivili u rispettabbli, biex nikklerjaw kollox u nagħlqu din il-kwistjoni b’mod matur. Issa l-ballun f’idejkom ta’ bajd u bejken,” itemm tikteb Terry Muscat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport