Saturday, December 21, 2024

Terz tal-vetturi tat-tifi tan-nar f’Londra mhux joperaw minħabba ħaddiema infettati jew fi kwarantina

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-servizz tat-tifi tan-nar f’Londra qiegħed isibha diffiċli biex ikollu biżżejjed membri minħabba żieda fl-assenza minħabba l-pandemija.

L-Union tal-pumpiera ddikjarat li din il-ġimgġa kien hemm kważi terz tal-vetturi li kienu barra mill-azzjoni minħabba nuqqas ta’ uffiċjali.

Minħabba żieda mingħajr preċedent fl-infezzjonijiet tal-Omicron, is-servizz f’Londra jinsab f’sitwazzjoni allarmanti hekk kif skont statistika, l-Ħamis li għadda kien hemm 40 vettura li ma setgħux joperaw minħabba nuqqas ta’ ħaddiema.

L-Union żiedet tgħid li din mhijiex l-ewwel darba hekk kif il-ġimgħa li għaddiet kien hemm mal-10 fil-mija tal-pumpiera li jew ittestjaw pożittivi jew spiċċaw fi kwarantina.

L-Union saħqet li qabel din is-sitwazzjoni tal-Omicron, bħala pumpiera diġà kienu qegħdin ibatu minħabba tnaqqis fl-impjiegi f’Londra.

Ekonomija

Sport