Wieħed mill-vaċċini sperimentali kontra l-Covid-19 joħloq rispons immunitarju kemm f’anzjani u kif ukoll f’persuni iżgħar fl-età.
Il-kumpanija tal-farmaċewtika AstraZeneca qalet li l-vaċċin, li huwa żviluppat mill-Università ta’ Oxford, anke jwassal biex ftit li xejn ikunu rapportati side effects f’anzjani.
Vaċċin li jaħdem huwa meqjus bħala tragward importanti ħafna fil-battalja kontra l-Covid-19, hekk kif il-pandemija ħalliet qatlet aktar minn 1.15 miljun persuna, u kellha riperkussjonijiet ekonomiċi kbar madwar id-dinja kollha.
“Huwa inkoraġġanti ħafna li wieħed jara rispons immunitarju simili kemm fl-anzjani u dawk iżgħar fl-età,” qal kelliemi għal AstraZeneca. Huwa żied jgħid li l-vaċċin jidher li jwassal għal inqas side effects fl-anzjani.
Il-vaċċin mistenni li jkun wieħed minn tal-ewwel li jiġi approvat, flimkien mal-vaċċini li qed jiġu żviluppati minn Pfizer u BioNTech.