Teżisti possibbiltá kbira li l-goalkeeper internazzjonali Marokkin, Yassin Bounou, jista’ jitlaq lil Sevilla minħabba li qed jiġi segwit minn Bayern Munich u Manchester United. Dan il-player ta’ 31 sena ġibed l-attenzjoni waqt it-Tazza tad-Dinja bis-saves determinanti tiegħu.
Iċ-champions Ġermaniżi jridu s-servizzi tiegħu minnufih biex jieħu post Manuel Neuer li se jdum barra sa tmiem l-istaġun minħabba li qed jirkupra minn injury.