Knox MacEwen, Tfajjel ta’ 14-il sena, li kien qiegħed jipparteċipa f’tellieqa magħrufa bħala bħala JROTC fi Florida aktar kmieni is-Sibt filgħodu, miet wara li sofra minn attakk tal-qalb.
Il-Puzija ta’ Florida qalu li ż-żagħżugħ, Knox MacEwen, ittieħed b’urġenza lejn l-isptar Memorial Miramar fi Florida stess, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li tilef ħajtu.
Midja internazzjonali irrapurtat li din is-sena kienet waħda diffiċli ħafna għall-familja taż-żagħżugħ hekk kif ommu, Julie MacEwen tinsab għaddejja bil-kura f’battalja kontra l-kanċer li ħakimha lejn l-aħħar sena l-oħra.
Bosta studenti sellmu l-memorja ta’ MacEwen, b’wieħed minnhom joħloq paġna sabiex jiġbor il-flus mill-pubbliku biex tiġi mgħejjuna l-familja taż-żagħżugħ fit-tħejjija tal funeral tiegħu.