Aktar kmieni, il-Papa Franġisku żar il-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat. Fost stennija kbira sa minn kmieni filgħodu, spikkaw iċ-ċkejknin quddiem il-Knisja. Fost numru ta’ abbatini u tfal bil-bnadar sofor u bojod spikka tfajjel Rabti.

Dan it-tfajjel Rabti għamel sigħat sħaħ bil-flokk imħejji għal din l-okkażjoni. Il-flok tat-tim tal-futbol ta’ Rabat Ajax bl-isem ta’ Franġisku huwa wkoll simbolu ta’ apprezzament anke minħabba li l-fatt li l-Papa nnifsu sapporter tat-tim Arġentin San Lorenzo.

Fost mumenti li se jibqgħu jimmarkaw iż-żjara ta’ Franġisku fir-Rabat kien hemm il-mument taż-żjara tiegħu fil-Grotta ta’ San Pawl u l-mumenti li fihom huwa ltaqa’ mal-morda u oħrajn vulnerabbli u ppreżentalhom tifkira.

Il-messaġġ tal-Papa fuq il-ktieb ġewwa l-grotta ta’ San Pawl kienet tgħid “Nitlob ‘l Alla sabiex dejjem jagħti t-tama u l-entużjażmu tal-bxara t-tajba lill-Poplu Malti u Għawdxi kollu”.
