The Malta Records għal darb’oħra ppremjat lil Neil Cassar, li għad għandu biss 13-il sena u 9 xhur, għal rekord nazzjonali. Dan wara li il-Ħadd li għadda, 29 ta’ Diċembru, 2024 għamel id-dawra ta’ Malta bir-rota. Neil qadef għal 127.1 kilometri f’ħin ta’ 4 sigħat, 59 minuta u 11-il sekonda.
Dan qalitu The Malta Records, f’messaġġ fuq Facebook, fejn ġie spjegat li Neil telaq mill-Imsida fis-7:00 a.m u wasal lura l-Imsida għall-ħabta ta’ nofsinhar wara li flimkien ma’ numru ta’ ċiklisti oħra qadef f’diversi rħula.
Ġie spjegt li Neil dejjem għamel dawn il-maratoni għal għan nobbli billi jinġabru għotjiet għal Puttinu Cares.
The Malta Records ferħu lil Neil u awgurawlu għall-futur, filwaqt li enfasizzaw li Malta tinsab kollha kburija bih.