Saturday, December 14, 2024

Tfajjel ta’ disa’ snin issa ħieles mill-kanċer

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sena 2021 bdiet b’aħbar sabiħa għall-familja Mangion hekk kif it-tfajjel Zach Mangion issa jinsab ħieles mill-kanċer.

“Nirringrazzja lil Alla ta’ din il-ġurnata mill-isbaħ. Zack huwa ħieles mill-kanċer.” Hekk ta l-aħbar missieru, Timothy Mangion, wara li ibnu kien għal dawn l-aħħar xhur jiġi rikoverat ġewwa Rainbow Ward. 

F’ritratt li ppubblika missieru jidhru l-familja kollha bi tbissima fuq wiċċhom hekk kif issa jinsabu għal darb’oħra magħqudin bħala familja. Huwa rringrazzja lil kull min kien magħhom matul dan il-vjaġġ.

F’Jum il-Milied, Puttinu Cares kienet tellgħet filmat u qalet li dik kienet l-aħħar ġurnata tal-kimoterapija għal Zack. Intqal ukoll li kien ilu erba’ xhur u nofs ġewwa Rainbow Ward. F’Ottubru li għadda huwa għalaq disa’ snin.

L-istorja ta’ Zach bdiet meta darba waħda ħass li kellu nejba qed tiċċaqlaq u s-saqaf ta’ ħalqu minfuħ. Zack mar għand id-dentist u sarlu wkoll x-ray. Huwa kellu jittieħed l-isptar Mater Dei fejn hemmhekk sarulu testijiet ulterjuri fosthom dak tad-demm. Fi ftit żmien, ħalq Zach beda jintefaħ mhux ħażin u t-tobba għamlulu dak li jissejjaħ biopsy. Sfortunatament ir-riżultati ma kinux sbieħ. Zack sar jaf li għandu kanċer aggressiv. Dan mhux biss affettwalu ħalqu imma affettwa wkoll diversi partijiet oħra f’ġismu.

Ekonomija

Sport